Żur il-Wirja tal-Kunsill tal-UE
Il-wirjiet mobbli tal-Kunsill
Tixtieq issir taf aktar dwar ir-rwol tal-Kunsill u tal-Presidenza iżda ma tistax iżżurna fi Brussell? Mela ejja u żur il-wirja mobbli tal-Kunsill, wirja li tqanqlek li qed tittella' f'pajjiżi madwar l-UE.
B'din l-esperjenza unika, tista' titgħallem iktar dwar ir-rwol tal-Kunsill u tal-gvernijiet nazzjonali fit-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew, u tara x’tinvolvi t-tmexxija tal-proġett kbir Ewropew.
X'ser tara
L-istruttura tal-wirja tagħna tfakkrek fil-kmamar tal-laqgħat fil-bini Europa tal-Kunsill, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tas-27 stat membru.
Il-pannelli juru messaġġi informattivi b'disinn attraenti, xbihat li jolqtuk u testi fil-qosor li jispjegaw l-impatt tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fuq ħajjitna ta' kuljum.
Il-kontenut jintwera b'lingwa waħda jew aktar, skont il-wirja li żżur.
Fejn issibna
Tista' żżur il-wirja mobbli tal-Kunsill tagħna minn Lulju sa Diċembru fil-Kulleġġ Universitarju ta' Dublin (UCD), l-Irlanda.
L-aħħar reviżjoni: 24 ta' Lulju 2026