Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
25 ta' Lulju 2026
24 ta' Lulju 2026
23 ta' Lulju 2026
- Is-Saħel: Il-Kunsill jaħtar Rappreżentant Speċjali ġdid tal-UE għar-reġjun
Il-Kunsill ħatar lis-Sinjura Birgitte Nygaard Markussen bħala r-Rappreżentant Speċjali l-ġdid tal-UE għar-reġjun tas-Saħel.
- Il-21 pakkett ta' sanzjonijiet: l-UE tolqot b'mod qawwi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji u l-kriptoassi tar-Russja
Il-Kunsill adotta l-21 pakkett ta' miżuri restrittivi ekonomiċi u individwali mfassla biex jolqtu lis-setturi li għandhom l-akbar impatt fuq l-ekonomija tar-Russja u l-kapaċità tagħha li tixpruna l-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Il-pakkett jinkludi l-akbar lott ta' inklużjonijiet individwali fil-listi f'dawn l-aħħar erba' snin.
- Il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online: miżura interim li tipproteġi lit-tfal li issa reġgħet iddaħħlet
Il-miżura tippermetti lill-fornituri online jidentifikaw, jirrapportaw u jneħħu b'mod volontarju materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal online.
22 ta' Lulju 2026
17 ta' Lulju 2026
- Ħarsa 'l quddiem: 20 ta' Lulju – 2 ta' Awwissu 2026
Ħarsa ġenerali lejn is-suġġetti ewlenin li ser jiġu diskussi fil-laqgħat tal-Kunsill tal-UE matul il-ġimagħtejn li ġejjin u l-attivitajiet li jmiss għall-media.
- Kumpless militari-industrijali Russu: l-UE taqbel dwar sitt listi relatati ma' attakki fatali fuq Kiev
Il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq individwu wieħed u ħames entitajiet, li huma parti mill-kumpless militari-industrijali Russu, u li huma involuti fil-manifattura tad-droni.
- Ukrajna: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-12-il anniversarju mit-twaqqigħ tat-Titjira MH17 tal-Malaysia Airlines
Ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-12-il anniversarju mit-twaqqigħ tat-Titjira MH17 tal-Malaysia Airlines.
16 ta' Lulju 2026
- Sirja: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sessjoni inawgurali tal-Assemblea tal-Poplu
Ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sessjoni inawgurali tal-Assemblea tal-Poplu fis-Sirja.
- EULEX: il-Kunsill jaħtar il-Kap tal-missjoni tal-UE għall-istat tad-dritt fil-Kosovo*
Il-Kunsill ħatar lis-Sur Antero Lopes bħala l-Kap tal-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX Kosovo), mill-10 ta' Awwissu 2026 sal-14 ta' Ġunju 2027.
- Jum il-Ġustizzja Kriminali Internazzjonali: Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea
Ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjoni f'isem l-UE dwar Jum il-Ġustizzja Kriminali Internazzjonali.
- Il-Kunsill japprova ftehim tal-UE ma' Andorra u San Marino
Il-Kunsill japprova l-firma u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim tal-UE ma' Andorra u San Marino.
- Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward tal-miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1542 tat-3 ta' Lulju 2026 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi.
15 ta' Lulju 2026
- Programm għall-innovazzjoni aġli u rapida fid-difiża: il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim politiku
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta biex jiġi stabbilit il-programm għall-innovazzjoni aġli u rapida fid-difiża (AGILE), strument ġdid ta' €115-il miljun imfassal biex jipprovdi appoġġ finanzjarju rapidu, aġli u mmirat lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
- Il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit annwali għall-2027
Illum, il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit tal-UE għall-2027 – l-aħħar baġit annwali tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
- QFP 2028-2034: il-Kunsill jaqbel dwar pożizzjoni ta' negozjar dwar l-appoġġ tal-UE għall-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà interna
L-appoġġ tal-UE ser jgħin lill-istati membri jimplimentaw il-patt dwar il-migrazzjoni u l-ażil, jiżguraw ġestjoni effiċjenti tal-fruntieri esterni tal-UE, u jiġġieldu l-kriminalità.
- Il-pajjiżi tal-UE jaqblu li jestendu l-protezzjoni temporanja għal dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna sa Marzu 2028
L-istatus ta' protezzjoni temporanja mogħti lil dawk li qed jaħarbu mill-Ukrajna ser jiġi estiż sal-4 ta' Marzu 2028, b'mod li jitwettaq l-impenn tal-UE li tappoġġa lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha sakemm ikun hemm bżonn.
14 ta' Lulju 2026
- Tkabbir: l-Albanija u l-UE jagħlqu proviżorjament in-negozjati dwar ix-xjenza u r-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura, u r-relazzjonijiet esterni
Id-disa' laqgħa tal-Konferenza mal-Albanija dwar l-Adeżjoni saret illum u għalqet proviżorjament il-kapitoli 25 (xjenza u riċerka), 26 (edukazzjoni u kultura), u 30 (relazzjonijiet esterni).
- Tkabbir: l-UE u l-Moldova jibdew negozjati dwar il-politiki tar-relazzjonijiet esterni
Fit-tielet laqgħa tal-Konferenza dwar l-Adeżjoni, l-UE u l-Moldova fetħu n-negozjati dwar l-acquis tal-UE relatat mar-relazzjonijiet esterni.