Kronoloġija - Summits internazzjonali li jindirizzaw l-intelliġenza artifiċjali
Is-summits internazzjonali jenfasizzaw b'mod konsistenti l-ħtieġa għal regolamentazzjoni globali armonizzata dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA) biex titrawwem l-innovazzjoni, jiġu protetti d-drittijiet tal-popli u jiġu ġestiti r-riskji. L-att tal-UE dwar l-IA, l-ewwel liġi fid-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali, spiss jiġi mfaħħar bħala mudell, li jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-partijiet ikkonċernati u l-kunsiderazzjonijiet etiċi fl-iżvilupp u l-użu tal-IA.
-
2026
15-17 ta' ĠunjuIs-summit tal-G7 jenfasizza l-importanza ta' sistemi tal-IA aktar sikuri għat-tfal u ż-żgħażagħ
Il-mexxejja tal-G7 irrikonoxxew ir-riskji assoċjati mal-użu ta' sistemi ta' intelliġenza artifiċjali konverżazzjonali mit-tfal u ż-żgħażagħ. Huma ssottolinjaw l-importanza li l-fornituri jiżviluppaw u japplikaw settings ta' sikurezza b'mod awtomatiku għat-tfal u ż-żgħażagħ biex l-għodod tal-intelliġenza artifiċjali konverżazzjonali jsiru aktar sikuri għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Il-G7 jibqa' wkoll jikkommetti ruħu li jrawwem ekosistema ta' riċerka u xjentifika għall-ħidma fuq l-opportunitajiet u l-impatti tas-servizz diġitali u l-intelliġenza artifiċjali fuq it-tfal u ż-żgħażagħ.
-
2026
10 ta' ĠunjuFis-summit bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea jintlaħaq qbil li jiġi konkluż Arranġament ta' Kooperazzjoni dwar l-IA
Il-mexxejja qablu li jikkonkludu Arranġament ta' Kooperazzjoni dwar l-IA biex jappoġġaw aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni u l-governanza.
-
2026
4 u 5 ta' MejjuIs-summit bejn l-UE u l-Armenja jaqbel li jesplora opportunitajiet għall-kooperazzjoni fl-IA
Il-mexxejja qablu li jesploraw possibbiltajiet għal kooperazzjoni fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali, allinjati mal-att tal-UE dwar l-IA. Din il-kooperazzjoni tgħin lill-Armenja tintegra fis-suq uniku diġitali tal-UE, filwaqt li tiżgura l-iżvilupp etiku u trasparenti tat-teknoloġiji tal-IA.
-
2026
27 ta' JannarIs-summit bejn l-UE u l-Indja jaqbel li titmexxa 'l quddiem il-kollaborazzjoni fl-IA
F'aġenda strateġika komprensiva konġunta adottata matul is-16-il summit bejn l-UE u l-Indja, il-mexxejja qablu li jikkollaboraw fil-qasam tal-IA u jippromwovu riċerka kollaborattiva ffukata fuq l-IA, il-kwantum, is-semikondutturi avvanzati, it-teknoloġija nadifa u l-bijoteknoloġija.
-
2025
22 u 23 ta' DiċembruIs-summit tal-G20 jikkommetti ruħu li jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-IA
Il-mexxejja esprimew l-impenn tagħhom li jisfruttaw il-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali u emerġenti, inkluż l-intelliġenza artifiċjali (IA), u jtaffu r-riskji.
Sabiex jiġu żgurati l-iżvilupp u l-użu sikuri tal-IA, għandhom jiġu indirizzati aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza, ir-regolamentazzjoni, l-etika u l-protezzjoni tad-data u l-governanza.
F'dan ir-rigward, il-mexxejja laqgħu wkoll it-tnedija tal-inizjattiva tal-IA għall-Afrika.
-
2025
24 u 25 ta' NovembruIs-summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana huwa determinat li jiżviluppa IA ċċentrata fuq il-bniedem u affidabbli
Filwaqt li rrikonoxxew il-potenzjal enormi li trasformazzjoni diġitali sigura u affidabbli jista' jkollha biex jinħolqu opportunitajiet ekonomiċi u tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku, u filwaqt li enfasizzaw l-urġenza li jiġi eliminat id-distakk diġitali, il-mexxejja ddeċidew li jsaħħu l-isforzi fuq l-iżvilupp ta' ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali, inkluż dwar sistemi tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrati fuq il-bniedem u affidabbli li jirrispettaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
-
2025
9 ta' NovembruIs-summit bejn l-UE u s-CELAC jaqbel li jippromwovi intelliġenza artifiċjali sikura, sigura u affidabbli
Il-mexxejja qablu li jippromwovu intelliġenza artifiċjali sikura, sigura u affidabbli u l-governanza etika tagħha, b'enfasi fuq ir-responsabbiltà u l-inklużività, investiment f'infrastruttura diġitali sigura u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, u trasformazzjoni diġitali sigura u miftuħa, bil-bniedem fil-qofol tagħha.
-
2025
22 ta' OttubruIs-summit bejn l-UE u l-Eġittu jafferma mill-ġdid l-impenn biex titmexxa 'l quddiem l-intelliġenza artifiċjali
-
2025
25 ta' SettembruKunsill tas-Sigurtà tan-NU: il-President Costa jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tal-UE għal approċċ iċċentrat fuq il-bniedem fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali
Fid-diskors tiegħu fis-sessjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, il-President Costa afferma mill-ġdid l-appoġġ tal-UE għal approċċ iċċentrat fuq il-bniedem fir-rigward tal-IA u appella għal livell ta' ambizzjoni regolatorja fuq livell internazzjonali li jkun fuq l-istess livell mal-att tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali.
-
2025
16 u 17 ta' ĠunjuIs-summit tal-G7 jirrikonoxxi l-potenzjal ta' intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem biex tikber il-prosperità
Biex il-potenzjal tal-IA jiġi realizzat b'mod sħiħ, il-mexxejja impenjaw ruħhom li:
- jaħdmu flimkien biex tingħata spinta lill-adozzjoni tal-IA fis-settur pubbliku
- jgħinu lill-SMEs jadottaw u jiżviluppaw IA sikura, sigura u affidabbli, inkluż billi jniedu pjan direzzjonali tal-G7 għall-adozzjoni tal-IAli jipprovdi perkorsi azzjonabbli li jippermettu lill-kumpaniji jadottaw l-IA
- jindirizzaw l-isfidi tal-enerġija tal-IA u l-isfruttar tal-potenzjal tagħha fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika u l-innovazzjoni
- jespandu s-sħubijiet ma' swieq emerġenti u pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw
-
2025
23 ta' ĠunjuIs-summit bejn l-UE u l-Kanada jwiegħed li jsaħħaħ il-kooperazzjoni fl-intelliġenza artifiċjali
Il-mexxejja għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni fl-innovazzjoni tal-IA, inkluż il-kollaborazzjoni fuq fabbriki tal-IA, biex jorbtu l-infrastruttura tal-computing ta' prestazzjoni għolja tagħna u biex japprofondixxu l-kooperazzjoni fir-riċerka f'oqsma strateġiċi tat-teknoloġija bħall-IA u l-kwantum.
Ser jaħdmu wkoll biex jallinjaw l-oqfsa u l-istandards tagħhom fil-qasam regolatorju biex jiżviluppaw sistemi affidabbli tal-IA.
-
2024
18 ta' NovembruIs-summit tal-G20 jippromwovi governanza responsabbli u inklużiva tal-intelliġenza artifiċjali
Biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-IA, jinqasmu b'mod ekwu l-benefiċċji tagħha, u jittaffew ir-riskji, il-mexxejja tal-G20 ser jaħdmu flimkien biex jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali u aktar diskussjonijiet dwar il-governanza internazzjonali għall-IA, filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa li jiġu inkorporati l-ilħna tal-pajjiżi żviluppati u dawk li qed jiżviluppaw.
Laqgħu wkoll id-deċiżjoni tal-ministri għax-xogħol u l-impjiegi tal-G20 li jistabbilixxu linji gwida għall-użu sikur, mingħajr periklu u affidabbli tal-IA fid-dinja tax-xogħol.
-
2024
3 u 4 ta' LuljuIs-summit dinji tal-Indja dwar l-IA jafferma mill-ġdid l-impenn għat-trawwim ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli
Il-mexxejja minn madwar id-dinja, inkluż l-UE, irrikonoxxew l-opportunitajiet u r-riskji assoċjati mal-IA u ħabbru sħubija mal-OECD biex tavvanza l-governanza tal-IA.
-
2024
13-15 ta' ĠunjuIs-summit tal-G7 jimpenja ruħu li jippromwovi intelliġenza artifiċjali sikura, sigura u affidabbli
Il-G7 ħabbar pjan ta' azzjoni għall-IA fuq il-post tax-xogħol u biħsiebu joħloq marka li tappoġġa kodiċi ta' kondotta internazzjonali għall-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw sistemi avvanzati tal-IA.
-
2024
21 u 22 ta' MejjuIs-summit ta' Seoul dwar l-IA jaqbel dwar id-definizzjoni tal-limiti tar-riskju tal-intelliġenza artifiċjali
L-UE u għaxar pajjiżi oħra qablu li jniedu network ta' istituti tas-sikurezza tal-IA, filwaqt li kumpaniji tat-teknoloġija ewlenin impenjaw ruħhom li jtejbu l-ġestjoni tar-riskju u t-trasparenza.
-
2023
23 u 24 ta' NovembruIs-summit UE-Kanada jniedi sħubija diġitali
L-UE u l-Kanada nedew sħubija diġitali biex japprofondixxu l-kooperazzjoni lejn ekonomija u soċjetà pożittivi u bil-bniedem fil-qalba tagħhom b'enfasi fuq l-intelliġenza artifiċjali, fost affarijiet oħra.
-
2023
1 u 2 ta' NovembruAI safety summit commits to addressing advanced artificial intelligence risks
The EU and 27 countries across the world emphasised the transformative potential of AI, and committed to global cooperation in managing the risks associated with AI and to developing safe, human-centric AI.
-
2023
20 ta' OttubruIs-summit UE-Stati Uniti jwiegħed li jsegwi approċċ għall-intelliġenza artifiċjali bil-bniedem fil-qalba tiegħu
Il-mexxejja impenjaw ruħhom li jippromwovu approċċ għall-IA bil-bniedem fil-qalba tiegħu
-
2023
9 u 10 ta' SettembruG20 summit commits to balanced, pro-innovation regulation of artificial intelligence
G20 leaders agreed to pursue a pro-innovation regulatory approach that maximises the benefits and takes into account the risks associated with the use of AI.
-
2023
13 ta' LuljuIs-summit UE-Ġappun iħeġġeġ djalogu dinji għal IA affidabbli
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun ħeġġew diskussjoni internazzjonali dwar il-governanza tal-intelliġenza artifiċjali bil-ħsieb li tinkiseb intelliġenza artifiċjali affidabbli.
-
2023
22 ta' MejjuIs-summit UE-Repubblika tal-Korea jilqa' b'sodisfazzjon is-sħubija diġitali
Il-mexxejja laqgħu b'sodisfazzjon it-tnedija tas-sħubija diġitali bejn l-UE u l-Korea t'Isfel f'Novembru 2022, li trawwem kollaborazzjoni dwar is-semikondutturi, in-networks mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-computing kwantistiku u ta' prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, u r-regolamentazzjoni tal-pjattaformi online u diġitali.
-
2022
12 ta' MejjuIs-summit UE-Ġappun iniedi sħubija diġitali
Il-mexxejja tal-UE u tal-Ġappun nedew sħubija diġitali biex javvanzaw il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet diġitali u biex jgħinu sabiex tiġi żgurata trasformazzjoni diġitali ta' suċċess. Is-sħubija ser tgħin lill-UE u lill-Ġappun jiksbu l-għanijiet kondiviżi tagħhom f'oqsma ewlenin, inkluż l-intelliġenza artifiċjali.
-
2022
1 ta' AprilIs-summit UE-Ċina jenfasizza l-importanza ta' IA affidabbli u etika
L-UE qajmet l-importanza ta' ambjent trasparenti u kompetittiv għall-ekonomija diġitali, kif ukoll użi affidabbli u etiċi tal-intelliġenza artifiċjali.
-
2021
14 ta' ĠunjuIs-summit UE-Kanada jsaħħaħ il-kollaborazzjoni diġitali
L-UE u l-Kanada japprofondixxu l-kooperazzjoni diġitali permezz tad-djalogu diġitali bejn il-Kanada u l-UE u s-sħubija globali dwar l-intelliġenza artifiċjali (GPAI).
-
2021
27 ta' MejjuIs-summit UE-Ġappun jafferma mill-ġdid il-ħidma konġunta dwar l-intelliġenza artifiċjali
L-UE u l-Ġappun ikkonfermaw il-kollaborazzjoni tagħhom biex jippromwovu standards dinjija u approċċi komprensivi għall-politika u t-teknoloġiji diġitali. L-UE kkonfermat li ser taħdem mal-Ġappun fuq teknoloġiji emerġenti, materjali kritiċi, 5G u 6G, l-intelliġenza artifiċjali, id-data, u l-pjattaformi.
-
2021
8 ta' MejjuIl-laqgħa tal-mexxejja tal-UE u tal-Indja għandha l-għan li tniedi kollaborazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali
Il-mexxejja esprimew ir-rieda tagħhom li jniedu l-ħidma tat-task force konġunta dwar l-IA.
-
2020
29 ta' OttubruIl-laqgħa tal-mexxejja tal-UE u tal-Kanada tisħaq fuq il-kollaborazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali
Il-mexxejja enfasizzaw il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Kanada dwar it-trasformazzjoni diġitali, u dwar l-użu tal-IA u t-teknoloġiji diġitali biex jiġi appoġġat l-irkupru mill-COVID-19.
-
2020
30 ta' ĠunjuRepublic of Korea-EU leaders' meeting discusses ethical artificial intelligence
Both sides discussed matters relating to innovation and cooperation in the digital technologies sector, including the ethical implementation of artificial intelligence and secure cross border data flows.
L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Awwissu 2026