Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE
L-UE għandha fis-seħħ għadd ta' miżuri biex tiżgura kummerċ ġust u ekwu ma' pajjiżi terzi.

Minn fejn jiġi l-gass tal-UE?
Skopri liema pajjiżi jfornu l-aktar gass lill-UE u kemm timporta gass l-UE.

Sanzjonijiet tal-UE kontra l-Belarussja
L-UE imponiet sanzjonijiet estensivi kontra l-Belarussja b'reazzjoni għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ tal-Belarussja għall-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, u l-attakki ibridi tagħha kontra l-UE.

Spjegazzjoni tas-Semestru Ewropew
Is-Semestru Ewropew huwa qafas għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, baġitarja, tal-impjiegi u soċjali fl-Unjoni Ewropea.

Għajnuna umanitarja
L-UE u s-27 stat membru tagħha flimkien huma d-donatur ewlieni tal-għajnuna umanitarja lill-popolazzjonijiet milquta minn diżastri madwar id-dinja. L-assistenza tal-UE għandha l-għan li ssalva l-ħajjiet, tipprevjeni u ttaffi t-tbatija umana, u żżomm id-dinjità tal-bniedem.

Sostenibbiltà korporattiva
L-UE żviluppat politiki ta' sostenibbiltà korporattiva għan-negozji, bl-għan li ttejjeb il-protezzjoni għall-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem fl-UE u lil hinn minnha.

Kif it-trattati tal-UE sawru l-Kunsill tal-UE u l-Kunsill Ewropew
L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq trattati internazzjonali maqbula mill-pajjiżi kollha tal-UE. Maż-żmien, dawn it-trattati ddefinew progressivament ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-Kunsill tal-UE u tal-Kunsill Ewropew.

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-UE
Ir-regoli tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu jipproteġu s-sistema finanzjarja tagħha u jikkontribwixxu għas-sigurtà u t-tkabbir.

Akkwist komuni fil-qasam tad-difiża
L-UE tiffaċilita l-akkwist komuni permezz ta' inizjattivi differenti. Il-kooperazzjoni bejn l-istati membri dwar l-akkwist fil-qasam tad-difiża ġġib magħha aktar effiċjenza u ffrankar tal-kostijiet.

Kif wieġbet għall-kriżi tal-enerġija tal-2022 l-UE?
Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat kriżi tal-enerġija bla preċedent fl-Ewropa fl-2022. Il-pajjiżi tal-UE kienu magħqudin u r-rispons tagħhom għen biex il-prezzijiet jinżammu baxxi.
