Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Kummerċ UE-Afrika: fatti u ċifri
Is-sħubija bejn l-UE u l-UA tippromwovi futur paċifiku u għani abbażi ta' kooperazzjoni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli.

Il-kooperazzjoni tal-UE man-Nazzjonijiet Uniti
L-UE hija impenjata favur il-multilateraliżmu, b'NU b'saħħitha u effettiva fil-qalba tiegħu. Il-Kunsill tal-UE jadotta l-prijoritajiet tal-UE kull sena fin-NU u l-Assemblea Ġenerali tan-NU.

Il-pjan REPowerEU: il-politika dwar l-enerġija fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-pajjiżi tal-UE
Permezz tal-pjan REPowerEU, l-UE trid ittemm id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi billi tiffranka l-enerġija, tiddiversifika l-provvisti u taċċellera t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa.

It-tmiem tal-importazzjonijiet tal-enerġija Russa
L-UE qed tieħu azzjoni biex ittemm l-importazzjonijiet tal-enerġija Russa u tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq l-enerġija, filwaqt li żżomm provvisti u prezzijiet tal-enerġija stabbli madwar l-Ewropa.

Belarussja
L-UE tappoġġa lill-poplu tal-Belarussja. Hija tikkundanna l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, l-attakki ibridi tal-Belarussja kontra l-UE u l-involviment tagħha fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

L-UE tippjana li tagħti spinta lill-IA b'supercomputers
Regoli ġodda tal-UE jagħtu aċċess lin-negozji ġodda u lill-SMEs għal supercomputers għall-ittestjar u l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali.

Il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti u t-traffikar ta' bnedmin
Azzjoni mmirata kontra networks kriminali li jisfruttaw migranti vulnerabbli hija meħtieġa mhux biss sabiex tiġi miġġielda l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti, iżda wkoll biex jiġi miġġieled it-traffikar ta' bnedmin.

Kif tissieħeb fiż-żona tal-euro
L-istati membri jridu jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet magħrufa bħala "kriterji ta' konverġenza" sabiex jadottaw l-euro. Il-Kunsill jiddeċiedi jekk pajjiż jistax jintroduċi l-euro.

Unjoni ekonomika u monetarja
L-unjoni ekonomika u monetarja tinvolvi l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u fiskali tal-istati membri flimkien ma' politika monetarja unika għall-istati membri li introduċew l-euro. Hija tikkontribwixxi għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku.

Ir-rwol internazzjonali tal-euro
L-euro huwa t-tieni l-iktar munita importanti fid-dinja. Euro internazzjonali b'saħħtu jappoġġa l-awtonomija strateġika tal-UE u huwa ta' ġid għall-konsumaturi u għan-negozji.
