Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Għajnuna umanitarja
L-UE u s-27 stat membru tagħha flimkien huma d-donatur ewlieni tal-għajnuna umanitarja lill-popolazzjonijiet milquta minn diżastri madwar id-dinja. L-assistenza tal-UE għandha l-għan li ssalva l-ħajjiet, tipprevjeni u ttaffi t-tbatija umana, u żżomm id-dinjità tal-bniedem.

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa li jinvestiga reati kontra l-baġit tal-UE, jagħmel prosekuzzjoni tagħhom u jressaqhom quddiem il-ġustizzja.

Dritt għat-tiswija tal-prodotti
L-UE ħolqot inċentivi għall-produtturi u l-konsumaturi biex jagħmlu t-tiswija tal-prodotti aktar faċli u aktar attraenti, sabiex jitnaqqas l-iskart u jiġu promossi mudelli ta' negozju aktar sostenibbli.

Gwatemala
Is-sħubija bejn l-UE u l-Gwatemala hija mibnija fuq id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-kummerċ. L-UE tappoġġa l-isforzi tal-Gwatemala biex issaħħaħ id-demokrazija, tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u tavvanza l-iżvilupp sostenibbli u l-prosperità.

Politika spazjali tal-UE
Il-programm spazjali tal-UE jgħin biex jitwettqu attivitajiet ta' kuljum fid-Dinja. Is-satelliti li l-UE tibgħat fl-orbita jippermettu lil miljuni ta' nies jikkomunikaw bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, jivvjaġġaw fuq l-art, bil-baħar u bl-ajru, u jiżviluppaw modi biex itejbu s-saħħa tal-pjaneta tagħna.

Il-Faċilità għall-Ukrajna
Il-Faċilità għall-Ukrajna hija strument tal-UE li jipprovdi lill-Ukrajna sa €50 biljun f'self u għotjiet biex jgħin fl-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tagħha.

Sanzjonijiet kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem
L-UE tista' timponi sanzjonijiet fuq individwi u entitajiet b'reazzjoni għal abbużi u ksur tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

L-immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju
L-UE qed tieħu passi deċiżivi lejn l-immaniġġar tat-traffiku fl-ispazju biex tiżgura l-użu sikur, sostenibbli u sigur tal-ispazju hekk kif tiżdied l-attività satellitari.

Sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran
L-UE tikkundanna l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, kif ukoll l-attivitajiet ta' proliferazzjoni nukleari tal-Iran u l-appoġġ militari tiegħu għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Adottat għadd ta' sanzjonijiet f'dan ir-rigward.

Montenegro
Il-Montenegro applika għas-sħubija fl-UE f'Diċembru 2008 u ngħata l-istatus ta' kandidat tal-UE f'Diċembru 2010. In-negozjati tal-adeżjoni bejn l-UE u l-Montenegro bdew f'Ġunju 2012. S'issa, infetħu t-33 kapitoli tan-negozjati kollha u 18 ingħalqu proviżorjament.
