Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
19 ta' Frar 2026
18 ta' Frar 2026
17 ta' Frar 2026
- Armenja: il-Kunsill jaħtar Kap tal-Missjoni ġdid għall-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja
Illum il-Kunsill ħatar lil Satu Koivu bħala l-kap ġdid tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA).
- Iż-Żimbabwe: il-Kunsill iġedded l-embargo fuq l-armi u jneħħi l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi
Il-Kunsill estenda l-miżuri restrittivi fuq iż-Żimbabwe sa Frar 2027 filwaqt li żamm l-embargo fuq l-armi, u neħħa l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-assi.
- Baġit annwali tal-UE għall-2027: il-Kunsill jistabbilixxi linji gwida għall-baġit tal-UE tas-sena d-dieħla
Illum il-Kunsill approva konklużjonijiet li jistabbilixxu linji gwida għall-baġit annwali tal-UE għall-2027. Il-linji gwida jservu ta' orjentazzjoni politika għall-Kummissjoni meta tħejji l-abbozz ta' proposta għall-baġit tas-sena d-dieħla.
- Governanza ekonomika: il-Kunsill japprova l-flessibbiltà għall-Awstrija biex iżżid l-infiq fid-difiża
Illum il-Kunsill attiva l-klawżola liberatorja nazzjonali għall-Awstrija skont il-patt ta' stabbiltà u tkabbir. Din il-miżura ser tgħin lill-Awstrija fit-tranżizzjoni lejn infiq ogħla fid-difiża fil-livell nazzjonali filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn.
- Tassazzjoni: il-Kunsill jaġġorna l-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa
Illum, il-Kunsill żied żewġ pajjiżi - il-Gżejjer Turks u Caicos u l-Vjetnam - mal-lista tal-UE. Fl-istess ħin, tneħħew tliet pajjiżi - Fiġi, Samoa u Trinidad u Tobago. Wara dan l-aġġornament, il-lista tikkonsisti minn 10 ġuriżdizzjonijiet.
- Il-President Costa ser jivvjaġġa lejn Oslo fid-19 ta' Frar 2026
Il-President tal-Kunsill Ewropew, António Costa, din il-ġimgħa ser jivvjaġġa lejn Oslo għal laqgħat ta' livell għoli. Iż-żjara turi l-momentum qawwi tar-relazzjonijiet bilaterali man-Norveġja, wieħed mill-aktar sħab qrib u tal-istess fehma għall-Unjoni Ewropea.
- Is-salvagwardja tal-kwalità tal-ilma: il-Kunsill japprova regoli ta' protezzjoni aktar stretti għall-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art
Il-Kunsill adotta formalment id-direttiva biex tiġi estiża u aġġornata l-lista ta' sustanzi niġġiesa li jaffettwaw lill-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta' taħt l-art, fosthom il-pestiċidi, il-farmaċewtiċi u l-PFAS.
16 ta' Frar 2026
- Remarks by Kyriakos Pierrakakis following the Eurogroup meeting of 16 February 2026
Remarks by Eurogroup President Kyriakos Pierrakakis on the euro area recommendation, the international role of the euro, and global imbalances.
- Eurogroup: Ministers of the euro area reconfirm Tuomas Saarenheimo as President of the Eurogroup working group
The Eurogroup reconfirmed Tuomas Saarenheimo as President of the Eurogroup working group.
13 ta' Frar 2026
12 ta' Frar 2026
- Kummenti mill-President António Costa fil-konferenza stampa wara l-irtir informali tal-mexxejja tal-UE tat-12 ta' Frar 2026
Waqt il-konferenza stampa li saret fi tmiem l-irtir informali tal-mexxejja tal-UE tat-12 ta' Frar 2026, il-President António Costa ppreżenta s-suġġetti ewlenin tad-diskussjonijiet.
- Kummenti mal-wasla tal-President António Costa qabel l-irtir informali tal-mexxejja tal-UE tat-12 ta' Frar 2026
Qabel il-bidu tal-irtirar informali tal-mexxejja tal-UE tat-12 ta' Frar 2026, il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa indirizza l-istampa fil-kastell ta' Alden Biesen, il-Belġju.
11 ta' Frar 2026
- UPPE: il-Kunsill jaħtar prosekuturi ġodda għall-Belġju u ċ-Ċekja
Illum il-Kunsill ħatar prosekuturi ġodda għall-Belġju u ċ-Ċekja fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-UE (UPPE). Il-prosekuturi Ewropej jissorveljaw investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet u, flimkien mal-Kap Prosekutur Ewropew, jiffurmaw il-Kulleġġ tal-UPPE.
- Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni finali għal regoli ġodda tad-dazju doganali għal pakketti żgħar
Illum il-Kunsill approva formalment miżuri biex jgħinu fl-indirizzar tal-influss ta' oġġetti f'pakketti żgħar li jidħlu fl-UE mingħajr dazju - problema li tista' twassal għal kompetizzjoni inġusta għall-bejjiegħa tal-UE.
- Rappreżentanti Speċjali tal-UE: il-Kunsill jestendi l-mandati tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Djalogu bejn Belgrad u Pristina
Il-Kunsill estenda l-mandati tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE għad-Djalogu bejn Belgrad u Pristina u għad-Drittijiet tal-Bniedem.
- SAFE: il-Kunsill jiftaħ it-triq għall-assistenza finanzjarja lil tmien stati membri u jikkonkludi l-ftehim tal-Kanada
Il-Kunsill adotta sett ta' deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li jagħmlu l-assistenza finanzjarja skont ir-regolament SAFE disponibbli għal tmien stati membri tal-UE u adotta deċiżjonijiet li jawtorizzaw lill-UE tiffirma u tikkonkludi l-ftehim bilaterali bejn l-UE u l-Kanada.
10 ta' Frar 2026
- Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/254 tad-29 ta' Jannar 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.
- Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/239 tad-29 ta' Jannar 2026 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.