Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Finanzjament tal-baġit tal-UE
Is-sorsi ewlenin ta' dħul għall-baġit 2021–2027 huma l-kontribuzzjonijiet tal-istati membri bbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross tagħhom, ir-riżorsi bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazji doganali.

Protezzjoni tal-konsumaturi: prodotti finanzjarji
L-UE ddefiniet għadd ta' drittijiet bażiċi biex tipproteġi lill-konsumaturi meta jużaw prodotti u servizzi finanzjarji, pereżempju meta jiftħu kont bankarju, jittrasferixxu flus, jagħmlu investiment, jieħdu self ipotekarju jew kreditu għall-konsumatur jew jistabbilixxu pjan tal-pensjoni.

Ir-restawr tan-natura
In-natura hija vitali għalina, madankollu qed tiddeterjora. Il-liġi tal-UE dwar ir-restawr tan-natura tistabbilixxi l-ewwel miri vinkolanti għar-restawr tal-ekosistemi, tal-ħabitats u tal-ispeċijiet.

Ir-rwol tal-UE fil-kummerċ dinji
L-Unjoni Ewropea hija l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja f'termini ta' oġġetti u servizzi flimkien, u fl-2024 irrappreżentat madwar 15.8% tal-kummerċ dinji.

Kummerċ UE-Indoneżja: fatti u ċifri
L-UE u l-Indoneżja qed jaħdmu fuq żewġ ftehimiet b'mod parallel biex ikomplu japprofondixxu r-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment tagħhom.

Il-ftehim nukleari tal-Iran
Il-ftehim dwar il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) għandu l-għan li jiżgura li l-programm nukleari tal-Iran ikun esklużivament paċifiku. Huwa jistabbilixxi l-iskeda ta' żmien u l-arranġamenti biex jitneħħew is-sanzjonijiet relatati mal-qasam nukleari kontra l-Iran.

L-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat fl-UE
Liema pajjiżi fl-UE għandhom terminals biex jimportaw il-gass naturali likwifikat (LNG)?

Żona Ewropea tar-Riċerka
Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka għandha l-għan li toħloq suq uniku tal-UE għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija. Hija tħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni libera tar-riċerkaturi u l-għarfien, u tgħin biex jiġu allinjati l-politiki u l-programmi nazzjonali tar-riċerka.

Boxxla Strateġika għas-sigurtà u d-difiża
Il-Boxxla Strateġika tipprovdi gwida u viżjoni komuni għat-tisħiħ tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE sal-2030.

Ażerbajġan
Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Ażerbajġan huma msejsa fuq il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Ażerbajġan, fis-seħħ mill-1999. L-UE hija l-investitur ewlieni fl-Ażerbajġan u l-akbar fost is-sħab kummerċjali tiegħu.
