Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Att dwar is-Servizzi Diġitali
L-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) huwa l-ewwel regolament għall-qasam diġitali fid-dinja li jagħmel lill-kumpaniji diġitali madwar l-UE responsabbli għall-kontenut imqiegħed fuq il-pjattaformi tagħhom.

Protezzjoni konsulari
Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt jitolbu għajnuna mill-ambaxxata jew mill-konsolat ta' kwalunkwe stat membru tal-UE f'pajjiż mhux tal-UE jekk l-istat membru tagħhom ma jkollux rappreżentanza diplomatika hemmhekk.

Protezzjoni ċivili tal-UE
Permezz tal-mekkaniżmu tal-UE għall-protezzjoni ċivili, kwalunkwe pajjiż fid-dinja jista' jitlob assistenza meta l-kapaċitajiet tiegħu ta' rispons għad-diżastri ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' emerġenza.

Kif l-UE tiġġieled il-kontenut ta' ħsara online
L-att tal-UE dwar is-servizzi diġitali (DSA) għandu l-għan li joħloq internet aktar sikur u trasparenti. Billi jitfa' r-responsabbiltà fuq il-pjattaformi online għall-mod kif jimmaniġġaw u jimmoderaw il-kontenut, id-DSA jgħin fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-kontenut ta' ħsara online.

Nondiskriminazzjoni
L-UE taħdem biex tippromwovi l-ugwaljanza u tipprevjeni d-diskriminazzjoni fis-soċjetà permezz tal-politiki u l-inizjattivi tagħha.

L-opjojdi: theddida ta' droga ġdida għall-Ewropa
Iż-żieda fil-manifattura u l-użu ta' opjojdi sintetiċi li joħolqu dipendenza qawwija hija sfida globali. L-UE qed tieħu azzjoni biex trażżan din il-pjaga globali fuq is-soċjetà.

Lejn katina ta' provvista sostenibbli, ċirkolari u Ewropea għall-batteriji
L-UE qed taħdem lejn katina tal-valur sostenibbli, ċirkolari u Ewropea għall-batteriji. Regoli komuni ġodda ser jagħtu lill-UE vantaġġ kompetittiv fis-swieq tal-batteriji sostenibbli.

Mekkaniżmi biex jiġi rrispettat l-istat tad-dritt
Is-sett ta' għodod tal-UE dwar l-istat tad-dritt huwa mfassal biex jindirizza sitwazzjonijiet fejn l-istat tad-dritt ikun mhedded jew qed jiddeterjora, minħabba ksur sistemiku jew inċidenti aktar iżolati.

Foresti: fatti u ċifri
Il-foresti joffru firxa wiesgħa ta' benefiċċji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, iżda jinsabu taħt pressjoni dejjem akbar. Diversi inizjattivi u liġijiet tal-UE jappoġġaw il-foresti, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll madwar id-dinja.

Flussi migratorji fir-rotot tal-Punent
L-UE u l-istati membri tagħha ħadu għadd ta' miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni fil-Punent tal-Mediterran u fir-rotot tal-Afrika tal-Punent.
