Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Kif jaħdem is-Semestru Ewropew
Kull sena, is-Semestru Ewropew jibda fil-ħarifa bil-preżentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Kummissjoni. Jintemm f'Ottubru tas-sena ta' wara meta l-istati membri taż-żona tal-euro jippreżentaw il-pjanijiet baġitarji tagħhom.

Il-pakkett tal-unjoni tas-swieq kapitali għall-2022
Il-pakkett jipproponi miżuri biex is-servizzi tal-ikklerjar tal-UE jsiru aktar reżiljenti, jiġu armonizzati r-regoli dwar l-insolvenza korporattiva u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji.

Sħubija tal-Lvant
Is-Sħubija tal-Lvant (SL) għandha l-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE, l-istati membri tagħha u s-sitt pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant. Tappoġġa wkoll proċessi ta' riforma sostenibbli f'dawn il-pajjiżi sħab.

Il-Programm Erasmus+
Kif l-UE tappoġġa l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa, tippromwovi l-valuri komuni Ewropej, trawwem l-integrazzjoni soċjali u l-iskambju interkulturali.

Nagħtu lill-konsumaturi s-setgħa li jagħmlu għażliet aktar sostenibbli
L-UE stabbiliet regoli għan-negozji biex jagħtu prova tal-bażi tal-asserzjonijiet ekoloġiċi li jagħmlu dwar is-sostenibbiltà, u biex jipprevjenu lill-konsumaturi milli jkunu vittmi ta' greenwashing u prattiki kummerċjali żleali.

Korp tal-etika tal-UE
Korp indipendenti biex jistabbilixxi standards etiċi komuni u jżid it-trasparenza fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE.

Il-politika komuni tas-sajd u l-għanijiet tagħha
L-istati membri tal-UE ddefinixxew regoli komuni, permezz tal-politika komuni tas-sajd tal-UE, biex jimmaniġġjaw ir-riżorsi tal-ħut b'mod sostenibbli u jipprovdu l-ikel lin-nies.

Kif jiġu stabbiliti l-limiti ta' qbid u l-kwoti
Kull sena, il-pajjiżi tal-UE jaqblu dwar kemm jista' jinqabad ħut fl-ilmijiet tal-UE jew minn bastimenti tal-UE f'ilmijiet oħra. Il-Kunsill huwa l-uniku leġiżlatur dwar din il-kwistjoni.

Spjegazzjoni tal-ekonomija ċirkolari
Ir-riżorsi tad-Dinja mhumiex infiniti. L-ekonomija ċirkolari tagħmel l-użu ta' prodotti u materjali aktar sostenibbli u toffri lill-UE opportunità biex issir aktar kompetittiva.

Is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa
Ir-regoli tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel għandhom l-għan li jipproteġu lill-konsumaturi filwaqt li jiggarantixxu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku.
