Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
20 ta' Ottubru 2025
- Sudan: il-Kunsill japprova konklużjonijiet dwar il-kunflitt li jinsab għaddej
Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar is-Sudan, li jesprimu tħassib serju dwar il-kunflitt li jinsab għaddej, l-allegat ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, u ż-żieda fil-frammentazzjoni.
- Strateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku: il-Kunsill japprova konklużjonijiet
Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku, li għandha l-għan li tkompli u ssaħħaħ aktar l-enfasi strateġika, il-preżenza, il-viżibbiltà u l-azzjonijiet tal-UE fir-reġjun.
- Aġenda strateġika ġdida bejn l-UE u l-Indja: il-Kunsill japprova konklużjonijiet
Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar aġenda strateġika ġdida bejn l-UE u l-Indja, filwaqt li enfasizza li kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-politika, tal-kummerċ, tal-ekonomija, tar-riċerka u l-innovazzjoni, u dak tas-sigurtà bejn l-UE u l-Indja ser tagħti spinta lit-twassil tal-prosperità u l-istabbiltà għaż-żewġ popli.
- Il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-regoli għall-eliminazzjoni gradwali tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja skont REPowerEU
Illum, il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar ir-regolament REPowerEU biex jiġu eliminati gradwalment l-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja, bl-għan li tintemm kull dipendenza fuq il-gass Russu u tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-UE.
- Stqarrija Konġunta għall-Istampa — ir-Raba' Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq
Stqarrija Konġunta għall-Istampa — ir-Raba' Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq.
17 ta' Ottubru 2025
- Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1972 tad-29 ta' Settembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
- Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1973 tas-29 ta' Settembru 2025 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.
- Weekly schedule of President António Costa
Weekly schedule of President António Costa, 20 – 25 October 2025.
- Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi fir-rigward ta' miżuri restrittivi kontra l-Iran
Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-Unjoni Ewropea dwar l-allinjament ta' ċerti pajjiżi terzi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1978 tad-29 ta' Settembru 2025 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
- L-ewwel summit bejn l-UE u l-Eġittu ser isir fi Brussell fit-22 ta' Ottubru
Il-President tal-Kunsill Ewropew, António Costa, flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, ser jirrappreżentaw lill-UE fis-summit bejn l-UE u l-Eġittu li ser isir għall-ewwel darba fi Brussell fit-22 ta' Ottubru 2025. Il-President Abdul Fattah al-Sisi ser jirrappreżenta lill-Eġittu.
- Il-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika: il-ministri għall-ugwaljanza tal-UE jappellaw għal enfasi aktar qawwija fuq il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-intervent
Il-Kunsill approva konklużjonijiet li jirrikonoxxu r-rwol ta' persuni preżenti u professjonisti fl-appoġġ lill-vittmi u t-tkissir taċ-ċiklu ta' vjolenza.
16 ta' Ottubru 2025
- Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea: il-Kunsill u l-Parlament jilħqu ftehim proviżorju
Il-presidenza tal-Kunsill u n-negozjaturi tal-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar il-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea li jżid il-prontezza tad-difiża tal-UE u jsaħħaħ il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà.
- "Europe’s economy remains resilient despite rising global trade tensions" – Eurogroup President Donohoe's report to the President of the Euro Summit
The President of the Eurogroup, Paschal Donohoe, sent a letter to the President of the Euro Summit, António Costa, to report on the recent work by the Eurogroup and upcoming work priorities.
15 ta' Ottubru 2025
14 ta' Ottubru 2025
13 ta' Ottubru 2025
- Statement by President António Costa following his participation in the Sharm El-Sheikh Summit
European Council President António Costa participated in the Summit for Peace held in Sharm El-Sheikh Summit (Egypt) on 13 October 2025.
- Armi kimiċi: il-Kunsill iġedded b'sena oħra l-miżuri restrittivi
Il-Kunsill estenda s-sanzjonijiet tiegħu kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi sas-16 ta' Ottubru 2026.
- Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru - Ittra ta' stedina mill-President António Costa lill-membri tal-Kunsill Ewropew
Il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa stieden lill-mexxejja għal-laqgħa tat-23 ta' Ottubru 2025 fi Brussell, li matulha ser jiddiskutu l-Ukrajna, il-Lvant Nofsani, id-difiża u s-sigurtà Ewropea, il-kompetittività u t-tranżizzjoni doppja, l-akkomodazzjoni, u l-migrazzjoni.
- Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità: l-UE ser tiffirma l-Konvenzjoni tan-NU dwar iċ-ċiberkriminalità
Il-Kunsill adotta deċiżjoni għall-UE u l-istati membri tagħha biex jiffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra ċ-Ċiberkriminalità.
- Il-Kunsill jadotta regoli ġodda biex il-ġugarelli tat-tfal isiru aktar sikuri
Il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar ir-regolament dwar is-sikurezza tal-ġugarelli.