Spjegazzjonijiet
Irfina r-riżultati
- 447 riżultat
Il-libertà tal-media fl-UE
Il-libertà u l-pluraliżmu tal-media huma parti vitali mid-demokrazija u mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE. Skopri aktar dwar il-ħidma f'dan il-qasam.

Tassazzjoni diġitali
Ir-regoli tat-taxxa għall-ekonomija diġitali li huma bbażati fuq il-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa jistgħu jgħinu biex jippromwovu t-tkabbir u, fost benefiċċji oħra, iwettqu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali.

L-euro: fatti u ċifri
L-euro huwa l-munita uffiċjali ta' 21 stat membru tal-UE, li flimkien jiffurmaw iż-żona tal-euro. Aktar minn 350 miljun ċittadin tal-UE jużaw l-euro kuljum.

Sanzjonijiet kontra l-Myanmar
Wara l-kolp ta' stat militari fl-1 ta' Frar 2021, u r-repressjoni militari u tal-pulizija sussegwenti kontra dimostranti paċifiċi, l-UE żiedet drastikament is-sanzjonijiet kontra l-Myanmar.

Assistenza tal-UE lill-Ukrajna: sigurtà u infrastruttura tal-enerġija
Minħabba l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE ħadet għadd ta' inizjattivi biex tappoġġa s-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna, kif ukoll is-setturi tat-trasport u l-konnettività tal-pajjiż.

Kif l-UE qed tekoloġizza l-enerġija
Il-bidla lejn enerġija nadifa hija essenzjali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u opportunità biex tiżdied l-indipendenza enerġetika.

Awtorità doganali tal-Unjoni Ewropea
L-UE qed taħdem biex tistabbilixxi awtorità doganali ġdida biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali nazzjonali u biex tappoġġa l-funzjonament effettiv tal-unjoni doganali.

Finanzi diġitali
It-teknoloġiji ġodda fis-settur bankarju u tal-pagamenti qed ibiddlu l-industrija tas-servizzi finanzjarji. Billi tagħti spinta lill-innovazzjoni, l-UE qed toħloq settur finanzjarju kompetittiv filwaqt li tistabbilixxi regoli li jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u l-protezzjoni tal-konsumaturi.

Missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari
Il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tippermetti lill-UE tiskjera missjonijiet u operazzjonijiet ċivili u militari barra mill-UE, abbażi tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-istati membri tal-UE.

Id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fl-UE: fatti u ċifri
Ħafna nisa fl-UE għadhom jaqilgħu inqas mill-irġiel għall-istess xogħol. Aktar trasparenza fil-pagi u infurzar aktar qawwi jgħinu biex tonqos id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.
