Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
Stqarrijiet u dikjarazzjonijiet għall-istampa
18 ta' Diċembru 2025
- Politika dwar l-ażil: il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jaqblu dwar lista tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri
Il-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew qablu b'mod proviżorju dwar liġi tal-UE li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi ta' oriġini sikuri.
- Il-Kunsill jadotta miżuri biex jinċentiva u jissimplifika l-investimenti fid-difiża fl-UE
Il-Kunsill jadotta miżuri biex jinċentiva u jissimplifika l-investimenti fid-difiża fl-UE.
- Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna: il-Kunsill jissanzjona 41 bastiment tal-flotta mistura Russa
Il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq 41 bastiment addizzjonali li huma parti mill-"flotta mistura" tar-Russja ta' tankers taż-żejt u li jikkontribwixxu għad-dħul tar-Russja mill-enerġija.
- Kummenti mal-wasla tal-President António Costa qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18-19 ta' Diċembru 2025
Qabel il-bidu tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-18-19 ta' Diċembru 2025, il-President tal-Kunsill Ewropew António Costa indirizza lill-istampa fi Brussell.
- Strateġija dwar l-investiment bl-imnut: il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar pakkett li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi filwaqt li jagħti spinta lis-swieq
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew qablu dwar qafas aġġornat għall-investiment bl-imnut biex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa u jiġu protetti meta jinvestu. Dan ser jgħin ukoll biex titrawwem il-fiduċja u tiżdied il-kompetittività fis-swieq finanzjarji tal-UE.
- Pajjiż terz sikur: il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jaqblu dwar liġi ġdida tal-UE li tirrestrinġi l-ammissibbiltà tat-talbiet għall-ażil
Il-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew laħqu qbil proviżorju rigward regolament dwar l-applikazzjoni tal-kunċett ta' pajjiż terz sikur.
17 ta' Diċembru 2025
- Statement by President António Costa following the EU-Western Balkans summit
President of the European Council António Costa presented the main results of the discussions of the leaders during the EU-Western Balkans summit held in Brussels on 17 December 2025.
- UE-Mercosur: il-Kunsill u l-Parlament jaqblu dwar regoli biex jiġi ssalvagwardjat is-settur agroalimentari tal-UE
Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim proviżorju dwar ir-regolament dwar il-klawżoli ta' salvagwardja bejn l-UE u l-Mercosur, li jiżgura azzjoni rapida u b'saħħitha biex jiġu protetti l-bdiewa tal-UE.
- Dikjarazzjoni ta' Brussell, 17 ta' Diċembru 2025
Is-summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent sar fi Brussell fis-17 ta' Diċembru 2025. Inħarġet id-dikjarazzjoni ta' Brussell.
16 ta' Diċembru 2025
- L-ambjent tal-Ewropa: il-Kunsill iħeġġeġ tranżizzjoni aċċellerata għal Ewropa reżiljenti għall-klima u ċirkolari sal-2030
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-Ambjent tal-Ewropa 2030, li jappellaw għal azzjoni urġenti u sistemika għar-reżiljenza għall-klima u ekonomija ċirkolari biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE.
- L-UE u l-Montenegro jagħlqu proviżorjament ħames kapitoli oħra fin-negozjati tal-adeżjoni
L-24 laqgħa tal-Konferenza mal-Montenegro dwar l-Adeżjoni għalqet proviżorjament il-kapitoli 3 dwar id-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, 4 dwar il-moviment liberu tal-kapital, 6 dwar id-dritt tal-kumpaniji, 11 dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u 13 dwar is-sajd.
15 ta' Diċembru 2025
- Leaders’ statement on Ukraine
Leaders met to discuss Ukraine in Berlin (Germany) on 15 December 2025.
- Id-disa' Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Libanu (Brussell, 15 ta' Diċembru 2025) - Stqarrija Konġunta għall-Istampa
Illum l-Unjoni Ewropea u l-Libanu kellhom id-disa' laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Libanu fi Brussell. Iż-żewġ naħat eżaminaw l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Libanu u affermaw mill-ġdid l-impenn komuni tagħhom li jsaħħu s-sħubija bilaterali fil-qafas tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u l-prijoritajiet ta' sħubija.
- Il-Haiti: il-Kunsill jelenka tliet individwi u entità waħda b'rabta mal-vjolenza minn gruppi organizzati u abbużi relatati tad-drittijiet tal-bniedem
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi addizzjonali kontra tliet individwi u entità waħda involuti fi vjolenza minn gruppi organizzati, li huma responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Haiti.
- Theddid ibridu Russu: il-Kunsill jissanzjona tnax-il individwu u żewġ entitajiet minħabba manipulazzjoni tal-informazzjoni u attakki ċibernetiċi
Il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra tnax-il individwu u żewġ entitajiet addizzjonali fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja kontra l-UE u l-istati membri u s-sħab tagħha.
- Il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna: il-Kunsill jissanzjona 9 faċilitaturi tal-flotta mistura
Il-Kunsill issanzjona 5 individwi u 4 entitajiet addizzjonali responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
- Belarussja: il-Kunsill iwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-reġim ta' sanzjonijiet biex ikopri attivitajiet ibridi kontra l-istati membri tal-UE
Il-Kunsill introduċa kriterju addizzjonali għall-elenkar ta' individwi, entitajiet jew korpi involuti f'azzjonijiet attribwibbli lill-Gvern tar-Repubblika tal-Belarussja jew li jiffaċilitawhom, li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà, is-sovranità jew is-sigurtà fl-UE, fid-dawl tal-attakki ibridi reċenti kontra l-Litwanja u stati membri oħra tal-UE.
- QFP: il-Kunsill jadotta mandat parzjali dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE III)
Il-Kunsill laħaq pożizzjoni ta' negozjar parzjali dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2028-2034, taħt il-QFP li jmiss, biex jissaħħu l-investimenti fl-infrastruttura strateġika tal-Ewropa dwar it-trasport u l-enerġija.
- Venezwela: il-Kunsill iġedded il-miżuri restrittivi b'sena
Il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi tiegħu fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela sal-10 ta' Jannar 2027.
13 ta' Diċembru 2025