"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
AccessAble Brussels - Gwida għall-persunal ġdid b'diżabbiltajiet
Il-gwida għandha l-għan li tgħin lill-persunal u t-trainees ġodda b'diżabbiltajiet biex jissetiljaw fi Brussell billi tipprovdi xi pariri utli relatati mal-akkomodazzjoni, it-trasport u l-attivitajiet ta’ divertiment.
Dan ir-rapport jiddeskrivi fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, imwettqa bejn Mejju 2016 u Ġunju 2018. Juri kif inżammet u ssaħħet l-għaqda politika tal-Unjoni minkejja bosta theddid u sfidi: pressjonijiet migratorji bla preċedent, tibdil ġeopolitiku, theddid terroristiku persistenti, perspettiva ekonomika inċerta u d-deċiżjoni tal-votanti Brittaniċi li jitilqu.
Dan ir-rapport jiddeskrivi s-sistema tal-ġestjoni ambjentali li hemm fis-seħħ fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK). Jispjega wkoll il-prestazzjoni tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali bejn l-2010 u l-2015. F’dan il-perjodu, is-SĠK irnexxielu jnaqqas il-konsum enerġetiku tiegħu bi 15% u l-ammont ta’ karta użat għal kull persuna b’ 61%, u b’hekk is-SĠK sar eżemplari fl-applikazzjoni tiegħu tal-politiki ambjentali adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
2017, 58 pages, Kotba b'qoxra ratba
Dan il-ktieb elettroniku aġġornat fih kemm strumenti legali kif ukoll kummenti minn akkademiċi ta' prestiġju, imħallfin u uffiċjali minn diversi stati membri tal-UE. Minbarra xi atti legali bażiċi bħalma huma Brussell I u l-Konvenzjoni ta' Lugano, l-oqsma u s-suġġetti koperti jinkludu l-liġi kummerċjali, il-liġi kuntrattwali, il-liġi tal-familja u l-kisba ta' provi. Din l-edizzjoni aġġornata tinkludi wkoll kapitolu ġdid dwar il-proċedura tal-ordni tal-preservazzjoni tal-kontijiet, u kapitolu rivedut bir-reqqa dwar proċedimenti ta’ insolvenza. Il-ktieb elettroniku huwa għodda siewja għall-prattikanti legali, l-awtoritajiet nazzjonali, l-istudenti tal-liġi u ċ-ċittadini li għandhom interess fil-liġi ċivili Ewropea, kollox fil-format prattiku ta’ ktieb elettroniku.
Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjoni - aġġornata - konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, inklużi annessi u protokolli. Tinkorpora l-emendi li saru permezz tat-Trattat ta’ Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.
Trattati Konsolidati, Karta tad-Drittijiet Fundamentali 2016
Din il-pubblikazzjoni fiha l-verżjonijiet konsolidati tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif jirriżultaw mill-emendi introdotti permezz tat-Trattat ta' Lisbona. Tinkludi wkoll emendi li saru għat-trattati wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll l-emendi minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja. Il-pubblikazzjoni fiha wkoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-manwal jispjega dak kollu li trid tkun taf dwar il-proċedura leġislattiva ordinarja l-ġdida u jistabbilixxi r-rwoli rispettivi tal-Presidenza u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Jiddeskrivi l-istadji differenti tal-proċedura: it-tliet stadji ta' qari, il-proċedura ta' konċiljazzjoni u t-trilogi. Fih ukoll lista ta’ bażijiet legali rilevanti, tabelli li jippreżentaw l-istadji f’forma grafika, u l-iskadenzi.
Mill-1 ta' Diċembru sat-30 ta' April 2016, il-Kunsill Ewropew ħabbat wiċċu ma' sfidi politiċi kritiċi. Fost dawn kien hemm flussi mingħajr preċedent ta' persuni jfittxu l-asil u migranti irregolari, il-ħtieġa li tinstab soluzzjoni ġdida għall-Greċja fir-rigward tal-ġejjieni tagħha bħala membru tal-euro, u għar-Renju Unit qabel referendum “ġewwa jew barra” dwar is-sħubija fl-UE. Il-mexxejja Ewropej kellhom iwieġbu wkoll għal theddid serju kontra s-sigurtà, kemm intern kif ukoll estern. Il-President Donald Tusk jagħti ħarsa ġenerali lejn il-ħidma tal-Kunsill Ewropew matul dan il-perjodu u r-rapport jagħti lista tad-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet l-aktar importanti.
Dan ir-rapport jiddeskrivi s-sistema tal-ġestjoni ambjentali li hemm fis-seħħ fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Jispjega wkoll il-prestazzjoni tas-sistema fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali bejn l-2010 u l-2014.
2016, 56 pages, Kotba b'qoxra ratba
Minn Pariġi sa Lisbona, l-Unjoni Ewropea mxiet sew 'il quddiem minn meta s-sitt membri fundaturi poġġew il-pedamenti tal-unjoni kif nafuha llum, komunità ekonomika u politika li tinkludi kważi 509 miljun resident fi 28 stat membru. Dan il-kartellun juri l-istadji ewlenin tal-integrazzjoni Ewropea bi kronoloġija tat-trattati prinċipali u t-trattati ta' adeżjoni. It-trattati, il-pedament tal-Unjoni Ewropea, huma riflessjoni ta’ kif l-istati membri rreaġixxew għal sfidi interni u esterni ġodda. Huma jittraċċaw l-iżvilupp ta’ unjoni ta' popli u stati ggwidati mill-istat tad-dritt.
Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija
It-tieni pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li jkopri l-perjodu mill-2015 sal-2019, għandu l-għan li jsaħħaħ l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kollha. Jiffoka b’mod partikolari fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-prinċipji li jiggwidawh ser ikunu l-iskoperta minn kmieni, il-prevenzjoni u l-medjazzjoni fil-konflitti. Il-ktejjeb fih ukoll daħla mir-Rappreżentant Għoli Federica Mogherini, konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni, u l-qafas strateġiku tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. Il-pjan ta’ azzjoni huwa ppubblikat bl-Ingliż u bil-Franċiż.
2015, 52 pages, Kotba b'qoxra ratba
Infasslu l-futur komuni tagħna - Sħubija strateġika UE-CELAC
Is-Summit UE-CELAC f’Ġunju 2015 ġabar flimkien 61 mexxej tal-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew, inkluż aktar minn 40 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern. Din il-pubblikazzjoni tagħti informazzjoni essenzjali dwar l-avveniment u tippreżenta l-aktar dokumenti importanti adottati matul is-summit. Tagħti wkoll l-introduzzjonijiet minn Donald Tusk, President tal-Kunsill Ewropew, Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea u Rafael Correa Delgado, President pro tempore tas-CELAC.
2015, 87 pages, Kotba b'qoxra ratba
L-UE u l-istati membri tagħha jippruvaw isalvaw il-ħajjiet u jtaffu t-tbatija umana kkawżata minn konflitti, diżastri naturali u sitwazzjonijiet oħra ta' kriżi. Il-fuljett jippreżenta l-fatti ewlenin dwar l-assistenza umanitarja pprovduta mill-pajjiżi tal-UE, b'attenzjoni speċjali fuq ir-refuġjati tal-gwerra tas-Sirja u l-persuni milqutin mill-Ebola. Il-fuljett jispjega wkoll il-prinċipji umanitarji li fuqhom hija bbażata l-assistenza, kif ukoll ir-rwol tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Għajnuna Umanitarja u Għajnuna Alimentari.
L-Arkivji Ċentrali tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Hemm aktar minn 7 000 metru lineari ta' dokumentazzjoni miġbura mill-arkivji ċentrali tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-fuljett jispjega r-rwol tal-arkivji u l-kompiti tal-persunal tagħhom. Jagħti wkoll spjegazzjoni tal-proċess tal-arkivjar, kif ukoll struzzjonijiet fil-qosor għar-riċerkaturi li jixtiequ jużaw l-arkivji.
2015, 2 pages, Fuljett
Din il-pubblikazzjoni tipprovdi serje ta’ linji gwida għall-korpi preparatorji tal-Kunsill. Il-linji gwida għandhom l-għan li jqajmu kuxjenza dwar materji ta’ drittijiet fundamentali. Huma jipprovdu wkoll għajnuna għall-korpi preparatorji meta jittrattaw kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali marbuta ma' proposti leġislattivi taħt diskussjoni.
2015, 20 pages, Kotba b'qoxra ratba
Is-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea
F'April tal-2014 sar ir-raba' Summit UE-Afrika fi Brussell. F'din il-pubblikazzjoni tista' ssib l-informazzjoni kollha relatata mal-laqgħa, inkluż id-dikjarazzjoni adottata, il-pjan direzzjonali 2014-2017 u d-dikjarazzjoni UE-Afrika dwar il-migrazzjoni u l-mobilità.
2014, 66 pages, Kotba b'qoxra ratba
Il-ktejjeb tal-Kunsill, Politika Barranija - Termini ewlenin b'24 lingwa joffri glossarju tal-aktar espressjonijiet komuni użati fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-UE, il-PESK. Dan jelenka l-kliem tekniku - bid-definizzjonijiet bl-Ingliż - li tiltaqa’ magħhom fid-dokumenti dwar is-suġġett. Il-ktejjeb għandu l-għan li jżid l-għarfien tal-ħidma relatata mal-azzjoni esterna tal-Unjoni.
Il-kollezzjoni fiha kemm strumenti legali kif ukoll kummenti minn akkademiċi, imħallfin u uffiċjali għolja bi profil għoli minn diversi Stati Membri tal-UE. Minbarra xi atti legali bażiċi bħal Brussell I u l-Konvenzjoni ta' Lugano, l-oqsma u s-suġġetti koperti jinkludu, pereżempju, il-liġi kummerċjali, id-dritt kuntrattwali, il-liġi tal-familja u l-ġbir ta' evidenza. - Liġi ċivili - Kooperazzjoni Ġudizzjarja Ewropea toffri għodda utli għall-imħallfin u prattikanti legali oħra, l-awtoritajiet nazzjonali, studenti tal-liġi u ċ-ċittadini b'interess fil-liġi ċivili Ewropea, fil-format ta' ktieb elettroniku prattiku.
Gwida dwar vidjokonferenzjar fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera
Din il-gwida tkopri l-użu tat-tagħmir ta' vidjokonferenzjar fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera fl-Unjoni Ewropea. Hija tiddiskuti l-aspetti organizzattivi, tekniċi u legali tal-użu tat-teknoloġija tal-vidjokonferenzjar u fiha pariri u gwida għal professjonisti legali, skrivani tal-qrati u persunal tekniku.