Skip to content
Page is loading

Pubblikazzjonijiet

Pubblikazzjonijiet

  • Rapport tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) dwar il-linji gwida tal-UE għall-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali - Lulju 2022

    Il-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL), li tipprova tillimita l-effetti tal-konflitt armat u tħares lil persuni ċivili u lil persuni oħrajn li ma jkunux qed jieħdu sehem fl-ostilitajiet, hija pedament tal-liġi internazzjonali moderna. Il-Linji Gwida tal-UE jenfasizzaw l-impenn tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-konformità mal-IHL u jistabbilixxu l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) tal-Kunsill ħejja l-ħames rapport annwali dwar l-azzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-Linji Gwida. Il-perjodu ta' referenza huwa minn Jannar 2021 sa Diċembru 2021.

    2022, 110 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Europa building

  • Traineeships fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

  • Merħba fiċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Kunsill

  • L-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar id-drogi 2021-2025

    F'dan il-ktejjeb jinsab it-test kollu tal-istrateġija tal-UE dwar id-drogi għall-perjodu 2021-2025. L-istrateġija tipprovdi l-qafas politiku u l-prijoritajiet għal politika tal-UE dwar id-drogi identifikati mill-istati membri u l-istituzzjonijiet tal-UE. L-għanijiet tal-istrateġija jinkludu kontribut għal tnaqqis fid-domanda għad-drogi u l-provvista tagħhom fl-UE, kif ukoll it-tnaqqis tar-riskji u l-ħsara soċjali u għas-saħħa assoċjati mad-drogi.

    2022, 48 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – informalment magħruf ukoll bħala l-Kunsill tal-UE jew, sempliċiment, il-Kunsill – huwa organu fundamentali fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE. L-istituzzjoni tlaqqa' flimkien lill-ministri tal-istati membri tal-UE. Dawn jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali eletti tagħhom f'dawk l-oqsma fejn it-trattati – adottati mill-istati membri – iħallu lill-Unjoni taġixxi. Fil-biċċa l-kbira l-Kunsill jadotta liġijiet u jikkoordina l-politiki sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Kunsill Ewropew mill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE. Il-Kunsill jiżviluppa wkoll il-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-UE, jikkonkludi ftehimiet internazzjonali u flimkien mal-Parlament Ewropew, jadotta l-baġit tal-UE.

    2022, 6 pages, Fuljett
  • Rapport tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) dwar il-linji gwida tal-UE għall-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali - Ġunju 2021

    Il-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL), li tipprova tillimita l-effetti tal-konflitt armat u tħares lil persuni ċivili u lil persuni oħrajn li ma jkunux qed jieħdu sehem fl-ostilitajiet, hija pedament tal-liġi internazzjonali moderna. Il-Linji Gwida tal-UE jenfasizzaw l-impenn tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-konformità mal-IHL u jistabbilixxu l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) tal-Kunsill ħejja r-raba' rapport annwali dwar l-azzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-Linji Gwida. Il-perjodu ta' referenza huwa minn Jannar 2020 sa Diċembru 2020.

    2021, 82 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Environmental statement 2020 - 2019 data (updated: October 2020)

  • Trasparenza u Attitudni miftuħa

    Peress li l-politiki tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar mill-aħħar isawru ħafna aspetti tal-ħajja ta' aktar minn 500 miljun ċittadin, huwa kruċjali li d-deċiżjonijiet tal-UE jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib tagħhom. Għal din ir-raġuni, jeħtieġ li n-nies ikollhom aċċess għal informazzjoni ċara dwar kif u għaliex tiġi adottata l-leġislazzjoni Ewropea. Din il-pubblikazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn l-attitudni miftuħa u t-trasparenza fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tipprovdi aċċess faċli għal varjetà ta' sorsi ta' informazzjoni.

    2020, 13 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • L-Unjoni Ewropea - Fatti u ċifri

    Kemm hemm nies jgħixu fl-Italja? X’inhi s-sistema politika fil-Litwanja? U x'jisimha l-belt kapitali ta' Ċipru? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u għal ħafna iktar jinsabu fil-verżjoni aġġornata ta' "L-Unjoni Ewropea - Fatti u ċifri". Dan il-ktejjeb għandu format żgħir u prattiku u fih informazzjoni essenzjali dwar l-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet, l-istati membri u l-pajjiżi kandidati tagħha. Fih fatti dwar il-lingwi uffiċjali, is-siti web tal-gvern u data utli oħra dwar kull pajjiż. Il-pubblikazzjoni ssibha f'24 lingwa tal-UE.

    2020, 88 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Rapport tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) dwar il-linji gwida tal-UE għall-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali - Ġunju 2020

    Il-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL), li tipprova tillimita l-effetti tal-konflitt armat u tħares lil persuni ċivili u lil persuni oħrajn li ma jkunux qed jieħdu sehem fl-ostilitajiet, hija pedament tal-liġi internazzjonali moderna. Il-Linji Gwida tal-UE jenfasizzaw l-impenn tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-konformità mal-IHL u jistabbilixxu l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) tal-Kunsill ħejja t-tielet rapport annwali dwar l-azzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-Linji Gwida. Il-perjodu ta' referenza huwa minn Jannar 2019 sa Diċembru 2019.

    2020, 78 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Il-Mappa tal-Unjoni Ewropea

  • Dikjarazzjoni ambjentali 2019 - data tal-2018

  • Rapport tal-grupp ta' ħidma dwar id-dritt internazzjonali pubbliku (COJUR) dwar il-linji gwida tal-UE għall-promozzjoni tal-konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali - Ġunju 2019

    Il-Liġi Umanitarja Internazzjonali (IHL), li tipprova tillimita l-effetti tal-konflitt armat u tħares lil persuni ċivili u lil persuni oħrajn li ma jkunux qed jieħdu sehem fl-ostilitajiet, hija pedament tal-liġi internazzjonali moderna. Il-Linji Gwida tal-UE jenfasizzaw l-impenn tal-Unjoni għall-promozzjoni tal-konformità mal-IHL u jistabbilixxu l-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Dritt Internazzjonali Pubbliku (COJUR) tal-Kunsill ħejja t-tieni rapport annwali dwar l-azzjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea biex timplimenta l-Linji Gwida. Il-perjodu ta' referenza huwa mill-1 ta' Lulju 2017 sa Diċembru 2018. Ser ikun disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż.

    F'dan il-kuntest, ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-wegħdiet li saru mill-UE u mill-istati membri tal-UE fit-32 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar huwa wkoll disponibbli online:

    Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-wegħdiet li saru mill-UE u mill-istati membri tal-UE fit-32 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar (ST 11210/19)

    2019, 82 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Termini tal-UE bl-Ingliż għall-Finlandiż

    Dan huwa dizzjunarju utli ħafna meta jkollok bżonn issib it-traduzzjoni ta’ kliem u espressjonijiet marbutin mal-UE bl-Ingliż u l-Finlandiż. Fih kliem u espressjonijiet mill-oqsma kollha ta’ politika, iżda wkoll lingwaġġ aktar ġenerali. Il-parti prinċipali hija mill-Ingliż għall-Finlandiż, iżda l-ktieb għandu wkoll lista komprensiva ta’ kliem mill-Finlandiż għall-Ingliż. Id-dizzjunarju ġie kkompilat mill-Unità tat-Traduzzjoni Finlandiża fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    2019, 151 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Il-pilastri tal-Ewropa: Il-legat tat-Trattat ta' Maastricht wara 25 sena

    It-Trattat ta' Maastricht kien mument ta' bidla fil-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Għall-ewwel darba, ġiet formalizzata l-ambizzjoni ta' unjoni politika, li evolviet mill-objettiv inizjali ta' integrazzjoni ekonomika bħala strument għar-rikonċiljazzjoni politika. Dan il-ktejjeb illustrat b'mod sabiħ jeżamina l-perkors dettaljat lejn Maastricht. Huwa disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż.

    2019, 22 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Dikjarazzjoni ambjentali 2018 - data tal-2017

    Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn id-data ambjentali tas-Segretarjat Ġenerali għall-2017. Għal kull persuna ntużat 62% inqas karta (mill-2010 sal-2017) bis-saħħa tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali li tikkonforma mal-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali, EMAS. L-EMAS għandha l-għan li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet billi tgħinhom jikkontrollaw l-effetti tal-attivitajiet tagħhom fuq l-ambjent.

    2019, 64 pages, Kotba b'qoxra ratba
  • Kif jaħdem il-mekkaniżmu Integrat għal Rispons Politiku f'Sitwazzjonijiet ta' Kriżi (IPCR)?

    L-IPCR hu l-mekkaniżmu ta' rispons għall-kriżijiet tal-Kunsill; "għodda" f'idejn il-Presidenza biex tikkoordina r-reazzjoni politika għall-kriżijiet ewlenin transettorjali u kumplessi, inkluż atti ta' terroriżmu.
    Dan il-kartellun, disponibbli bl-Ingliż, jipprovdi ħarsa ġenerali ta' kif jaħdem l-IPCR.

    2018, 1 pages, Kartelluni
  • Iċ-ċiklu ta’ politika tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriminalità internazzjonali organizzata u serja

    Iċ-ċiklu ta' politika huwa metodoloġija adottata fl-2010 mill-UE biex jiġi indirizzat it-theddid kriminali l-aktar importanti li jaffettwa lill-UE. Kull ċiklu jdum erba' snin u jottimizza l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni dwar prijoritajiet magħżula fil-qasam tal-kriminalità. Dan il-fuljett jagħti ħarsa ġenerali tal-passi involuti f'dan iċ-ċiklu. Huwa disponibbli f'24 lingwa tal-UE.

    2018, 6 pages, Fuljett
  • Ismijiet barranin bl-Iżvediż - Gwida għat-translitterazzjoni u l-forom alternattivi ta’ ismijiet ġeografiċi

    Ta' sikwit ikollok tiddeċiedi dwar l-ortografija ta' ismijiet barranin bl-Iżvediż? Jekk iva, din il-gwida tista’ tkun preċiżament dak li teħtieġ! Hija tittratta problemi trasversali ta’ traslitterazzjoni u tagħti wkoll pariri siewja dwar l-ortografija Żvediża ta’ ismijiet ġeografiċi u personali. Il-gwida tagħti eżempji ta' ortografija minn kull pajjiż u territorju fid-dinja, u minn madwar 50 lingwa u sistemi ta' kitba differenti. B'werrej komprensiv u indiċi, huwa faċli li tinnavigaha – teżor tassew siewi għal tradutturi, kittieba, edituri u fanatiċi tal-ġeografija.
    Il-gwida nġabret mill-unità tat-traduzzjoni Żvediża tal-Kunsill, f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Disponibbli bl-Iżvediż biss.

    2018, 166 pages, Kotba b'qoxra ratba